Qatt tiddedika l-ħin biex tieqaf u tisma’ – verament tisma’ – l-ħsejjes li jiffurmaw l-ambjent li tkun fih?

Proġett kollaborattiv ġdid bit-titolu Sounding Dance ifittex li jgħin lill-pubbliku jinvolvu ruħhom mal-ispazji pubbliċi permezz ta’, ma’ u bejn il-ħoss. #

Il-proġett huwa parti minn Quintessence, proġett tour tal-Fondazzjoni Valletta 2018 maħluq u kkurat minn Renzo Spiteri, li se jidher f’bosta postijiet Ewropej mix-xahar li ġej, mill-Iżvezja san-Netherlands, il-Bulgarija, Spanja u l-Ingilterra.

Is-Sur Spiteri, l-artist tal-ħoss u l-mużiċist, nieda Quintessence fl-2015 fir-Royal Northern College of Music f’Manchester, u jgħid li ilu f’evoluzzjoni kostanti sa minn dak iż-żmien.

Sounding Dance huwa l-aħħar fażi, u kif jissuġġerixxi ismu, se jgħaqqad żeffiena u ħsejjes flimkien.

“Matul Sounding Dance nistieden żeffiena lokali u artisti tal-moviment biex jagħżlu u jinvolvu ruħhom ma’ spazju pubbliku, billi jiċċaqalqu u jinteraġixxu mal-ħoss intrinsiku, kemm jekk huwa l-istorbju frenetiku ta’ belt movimentata jew is-skiet ta’ foresta,” spjega s-Sur Spiteri.

Dawn l-interazzjonijiet jiġu reġistrati permezz tal-awdjo u tal-vidjow, jiġu kkurati u sussegwentement esibiti bħala installazzjonijiet tal-ħoss u tal-vidjow.

 

 

“Minħabba li vidjows ikunu disponibbli onlajn ukoll, persuni minn madwar id-dinja jistgħu jieħdu idea tal-interazzjonijiet tal-ħoss/spazju f’pajjiżi differenti,” żied jgħid.

Quintessence huwa kollaborazzjoni bejn il-Fondazzjoni Valletta 2018 u l-pjattaforma tal-appoġġ kreattiv #EngageCREATIVES.

Għal aktar informazzjoni dwar il-proġett, żur www.engagecreatives.com.