Ir-rabtiet kulturali bejn Leeuwarden u Malta jmorru lura għall-1850. Ilna minn dan iż-żmien jiskambjaw iż-żerriegħa u l-patata. Meta ż-żerriegħa tasal minn Leeuwarden, il-bdiewa Maltin jiżirgħuha u jkabbru l-patata, li mbagħad tmur lura Leeuwarden.

Il-proġett “Poetry in Potato Bags” jagħmel użu minn dan iċ- ċiklu billi jiskambja l-poeżija maż-żerriegħa u l-patata, filwaqt li jiċċelebra it-titlu ta’ Belt Kulturali Ewropea fl-2018.

Nhar it-18 ta’ Mejju fit-8pm ġewwa ċ-Ċentru Pastorali tal-Qrendi se nkunu qed naqraw xogħlijiet dwar il-patata, il-ħamrija u l-art. Diversi poeti li kitbu għall-proġett se jkunu qed jaqraw ix-xogħlijiet tagħhom ukoll, fosthom Emmanuel Attard-Cassar, Adrian Grima, Simone Inguanez, Dorianne Bonello, Kit Azzopardi, Therese Pace, Clifton Azzopardi, u Priscilla Cassar. Għal din is-serata qed nistiednu l-pubbliku ġenerali biex mhux biss jiġi u jisma’ iżda wkoll jipparteċipa billi jaqra xi xogħlijiet minn tiegħu marbutin mas-suġġett. Il-qari jista’ jvarja minn poeżija għal proża għal anedotti u anke biċċiet kantati jew irreċtati.

Froukje De Jong, il-moħħ wara l-proġett, minn Leeuwarden se tkun magħna għal din is-serata speċjali wkoll. Id-dħul u l-parteċipazzjoni huma bla ħlas. Wara jkun hemm xi ikel u xorb.

Ħajr lil Best Print u Tal-Kultura għall-għajnuna tagħhom. Din is-serata qed tittella’ mill-Fondazzjoni Valletta 2018 u Inizjamed bl-appoġġ tal-Kunsill Lokali tal-Qrendi. Għal iktar tagħrif ibagħtu fuq inizjamedprojects@gmail.com. L-attività fuq Facebook tinsab hawnhekk: www.facebook.com/events/1360639484064394

 

Poezija-mill-Hamrija_fb-event-cover-photo_Output-for-WEB