L-Accordion Festival tal-2018 huwa ddedikat għall-mużika bl-akkordjin u se jiġi organizzat mis-Santa Maria Accordion Band f’Malta. Għal dan il-Festival, ġew mistednin l-orkestra tal-akkordjin Akki-Harmonists  mill-Ġermanja. Din l-orkestra tal-akkordjin Ġermaniża tfittex li twassal il-ħoss uniku tal-akkordjin lil udjenzi minn madwar id-dinja kollha.

Il-Festival ifittex biex ilaqqa’ mużiċisti lokali u internazzjonali flimkien fil-Gżejjer Maltin għal żewġ kunċerti fuq skala kbira fejn l-akkordjinisti u dawk li jħobbu l-akkordjin minn kull età u pajjiż jistgħu jaqsmu l-passjoni tagħhom għal dan l-istrument kumpless.

Il-festival se jsir bejn it-3-4 t’April 2018 bejn is-7-9pm fil-Corinthia Palace Hotel and Spa, Ħ’Attard.