Corina Van Eijk (Rigoletto, 2003; Gianni Schicchi 2014; La Traviata 2017) ta’ Spanga het Verona van Weststellingwerf (Opera Spanga) tidderieġi dan l-adattament li se jsir fuq barra ta’ Aida ta’ Verdi, l-opra klassika maħbuba mmens li titkellem dwar l-isfidi tal-prinċipessa Aida u l-maħbub tagħha, il-kmandant militari tal-għadu, Radamès.

Din il-produzzjoni kontemporanja maħsuba tilħaq udjenzi ġodda matul Valletta 2018 u Leeuwarden-Fryslân 2018, bi spettakli fil-Belt Valletta u l-pajsaġġ Olandiż fejn hija bbażata l-kumpanija. F’konformità mal-ispirtu ta’ bini tal-kapaċità ta’ Valletta 2018, il-grupp prestiġjuż Opera Spanga qed joffri wkoll lil studenti mill-MCAST (Malta) u D’Drive (Leeuwarden) opportunitajiet fid-disinn tal-kostumi – taħt il-gwida kreattiva tad-disinjaturi rinomati Charles&Ron – kif ukoll fl-oqsma tad-disinn tal-produzzjoni u l-produzzjoni tal-films. L-Orkestra Filarmonika ta’ Malta se tkun is-sieħeb mużikali għal dawn l-ispettakli eċċitanti.

Il-produzzjoni se  tittella’ fit-13 u fil-15 ta’ Settembru 2018 fi Pjazza Teatru Rjal, il-Belt Valletta. Ixtri l-biljetti mill-ħolqa t’hawn taħt.