BANDLI hija installazzjoni mużikali interattiva li qed tiġi organizzata mill-Malta International Arts Festival bħala parti minn Modern Music Days, serje ta’ kunċerti mit-Teatru Manoel, L-Assoċjazzjoni tal-Mużika Kontemporanja ta’ Malta (MACM) u Valletta 2018. L-installazzjoni tikkonsisti minn tmien bandliet, kull waħda mgħammra b’senser tal-moviment, li meta jiċċaqlaq jipproduċi l-mużika. Kull bandla tkun assenjata strument, li tippermetti li jiġi prodott ħoss ta’ grupp ta’ tmien mużiċisti jekk jiċċaqilqu l-bandliet kollha.

BANDLI ġiet inawgurata matul il-Malta International Arts Festival tal-2016. Għall-edizzjoni ta’ din is-sena, ġew ikkummissjonati xogħlijiet oriġinali lil tliet kompożituri Maltin: Albert Garzia, Alex Vella Gregory u Mario Sammut. L-Assoċjazzjoni tal-Mużika Kontemporanja ta’ Malta se tkun qed tieħu ħsieb il-ġestjoni tal-proġett, Sergio Costa se jkun id-direttur tekniku u Andrew Schembri se jkun responsabbli għall-coding kreattiv u l-interfaċċa mużikali.

BANDLI se tkun installata fi Pjazza San Ġorġ f’Lulju, bħala parti mill-Malta International Arts Festival.