Tul tnax-il sena, il-festival Earth Garden laqa’ mużiċisti u segwaċi mużikali lokali u internazzjonali f’ambjent amikevoli u fi spazju konxju mill-ambjent. Illum, l-elenku tal-festival ta’ esponenti alternattivi u l-atmosfera ta’ komunità sikura tiegħu jattiraw udjenza li taqbeż il-150,000 persuna kull sena.

Il-festival Earth Garden huwa marka lokali magħrufa ħafna li ġġib firxa eklettika ta’ stili mużikali lis-sjuf leġġendarji Maltin tagħna – festa ta’ lwien, ħsejjes u enerġija pożittiva. B’erba’ żoni mużikali differenti, b’aktar minn ħamsa u tletin grupp u DJs lajv, b’żewġ żoni tal-ikkampjar mgħammra b’bosta faċilitajiet, bi stands tal-ikel u b’diversi żoni chill-out, dan il-festival sar avveniment ewlieni fil-kalendarju kulturali lokali.

L-edizzjoni tal-2018 se ssir bejn il-31 ta’ Mejju u t-3 ta’ Ġunju 2018 f’Ta’ Qali.