Il-Fondazzjoni Valletta 2018 hija waħda mill-imsieħba ewlenin li qed tappoġġja l-Malta Robotics Olympiad, li issa stabbilixxa lilu nnifsu bħala l-avveniment ewlieni ta’ Malta li jsir kull sena tad-disinn, it-tekonoloġija u l-edukazzjoni. Wara sentejn ta’ kollaborazzjoni b’suċċess, il-Valletta Design Cluster se jissieħeb maċ-Ċentru tat-tagħlim tad-Disinn u t-Teknoloġija fl-organizzazzjoni tal-Expo tad-Disinn u t-Teknoloġija f’edizzjoni speċjali tal-Malta Robotics Olympiad li se jsir fl-2018.

Din l-attività ġġib flimkien istituzzjonijiet edukattivi, aġenziji u kumpaniji li joperaw fl-oqsma tat-teknoloġija u l-innovazzjoni, kif ukoll esebituri privati, filwaqt li tospita wkoll diversi avvenimenti nazzjonali u internazzjonali, kompetizzjonijiet, sfidi u esebizzjonijiet.

Għal aktar informazzjoni dwar din l-attività, żur https://www.mromalta.com/.