ICiTy – Enhancing places through technology hija konferenza xjentifika interdixxiplinari li ser tkun miftuħa għall-akkademiċi, għar-riċerkaturi, għall-professjonisti u għall-istudenti li qed iħejju d-dottorat.

Din il-konferenza internazzjonali ser tagħti opportunità sinifikanti biex issir sinteżi tal-istat attwali tal-arti fir-rigward tal-iżvilupp tal-ICT u tal-valutazzjoni mill-ġdid tal-ispazji pubbliċi mill-perspettivi tat-teknoloġija, tal-aspett uman, tar-riflessjoni filosofika u tad-disinn.

Il-konferenza ser issir fl-Aula Magna tal-Valletta Campus (il-Bini tal-Università l-Antika) bejn it-18 u d-19 ta’ April.

Biex tikseb iżjed tagħrif u tirreġistra żur is-sit elettroniku uffiċjali tal-Università ta’ Malta.