Inspired in China – Fine Art Exhibition by Maltese Artists huwa avveniment annwali, appoġġjat mill-Fondazzjoni Valletta 2018, li jifforma parti minn skambju bilaterali li ċ-Ċentru Kulturali Ċiniż f’Malta (CCC) jorganiżża fi sforz kollaborattiv u relatat bejn artisti u għaqdiet kulturali taż-żewġ pajjiżi. Numru dejjem jikber ta’ artisti Malti bi stedina tas-CCC u bl-għajnuna tal-Ministeru għal Kultura Ċiniż jipparteċipaw f’din l-inizzjattiva billi jżuru iċ-Ċina u jittrasformaw il-vjaġġ f’dan il-pajjiż f’espressjoni artistika kreattiva.

F’Lulju/Awissu 2017 b’rakkomadazzjoni tal-Kunsill tal-Arti Malta, Spazju Kreattiv, It-Times ta’ Malta u l-Art Discussion Grupp, Aaron Bezzina, Enriquè Tabone, John Vic Borg, Stephen Grima, u l-fotoġurnalista Matthew Mirabelli żaru Guizhou, reġjun fil-lbiċ taċ-Ċina. Din il-wirja tal-arti frott il-vjaġġ imsemmi hija essenzjalment narattiva viżwali, nterpretata skond l-orjentament tal-artisti Maltin li jipplażmaw l-impressjonjonijiet tagħhom, esperjenzi attwali u riflessjonijiet relatati wara li jiġu lura; minsuġa b’memorji u estetika li jiriflettu il-kultura Ċiniża: fużżjoni ta’ etnija eklettika u diversità regonali li toffri Guizhou, tradizzjoni storika u antika ta’ eredità kulturali ntanġibbli, folklore u mitoloġija vibranti, xenarju pajsaġġistiku stravolġenti u atmosfera soċjali ġenjali.

Ispirat miċ-Ċina, kuratur E. V. Borg, turi kif l-arti u l-kultura huma lingwaġġ universali u internazzjonali li jattira u jgħaqqad il-popli u ċiviliżazzjonijiet flimkien. Hija skambju kulturali u artistiku li jeduka  sew l-artisti kif ukoll il-viżitaturi fi żvilupp jew bidla pożittiva u rikka, jiftaħ tieqa beraħ fuq id-dinja maġika taċ-Ċina u jservi bħala xempju tal-arti Maltija fiċ-Ċina.

Il-proġett huwa relatat fil-qrib mal-viżżjoni tat-tema ‘One Belt One Road’ li tiddiskuti l-kunċett vitali ta’ skambju kulturali għammiel, fis-sens li l-bniedem jiżviluppa fiż-żmien u spazju l-abbiltà kreattiva f’varjeta infinita ta’ livelli u modi billi jisfrutta li moħħ uman li jipprovdilu fantasija u immaġinazzjoni mingħajr limiti. Dan il-kunċett jenfasiżża n-nisġa u ż-żwieġ tal-għarfien kulturali u l-għerf kollettiv bejn l-orjent u l-punent, ċirkostanzi ta’ djalogu u skambju kulturali kontaġġjużi, influwenzi kif xterdu sekli ilu tul it-Triq tal-Ħarir antika.

Għal lista dettaljata ta’ dati u postijiet, żur din il-ħolqa.