Is-46 Konferenza Internazzjonali ESTA (European String Teachers Association) se ssir f’Malta bejn l-10 u l-14 ta’ April, 2018. Din il-konferenza ssir f’pajjiż differenti kull sena u l-attivitajiet ivarjaw minn sena għal sena, iżda jżommu l-istess mudell bħal kunċerti, innovazzjonijiet fil-pedagoġija, masterclasses, round tables u eskursjonijiet kulturali, biex insemmu ftit minnhom. L-innovazzjoni fil-pedagoġija hija dejjem waħda mir-riżultati tal-konferenzi ESTA, u din il-Konferenza għandha l-għan li tipprovdi l-għarfien meħtieġ biex ikomplu jiġu indirizzati nuqqasijiet lokali fir-rigward tal-litteriżmu mużikali.

Matul din il-Konferenza, l-artisti dejjem qed jitgħallmu minn xulxin, kemm jekk huma involuti b’mod attiv permezz tal-preżentazzjonijiet tagħhom jew le. Il-konferenza se tikkoinċidi mal-Ewwel Kompetizzjoni Nazzjonali tal-Vjolin tat-Tfal, mal-proġett pilota fil-klassi “Bumm Bumm il-Bieb” li għandu l-għan li jippermetti lit-tfal kollha jaqraw u jkantaw il-linja melodika (il-bażi tal-wirt mużikali Ewropew tagħna), kif ukoll mal-preparazzjonijiet għal “Play-day”, proġett bejn it-taqsimiet Maltin u Taljani li se jippermetti lil bosta mużiċisti żgħar tal-istrumenti tal-korda jiltaqgħu flimkien għal kunċert finali matul il-jiem ta’ din il-Konferenza Internazzjonali.

Il-jiem ta’ qabel il-Konferenza se jaraw l-inkoraġġiment tat-tfal biex jibdew idoqqu strument tal-korda, b’enfasi partikolari fuq il-kuntrabaxx, strument li jinsab f’nuqqas kbir f’Malta.

Il-Konferenza se tara bosta kollaboraturi Artisti involuti, inkluż il-Prof. Eylem Arica (Turkija), Erich Scheungraber (Ġermanja), Eva Belvelin (Żvezja), Kjell-Oke Hamren (Żvezja), Ines Ana Badanjak (Kroazja) u Dr Philip Ciantar (Malta).

Matul il-Konferenza, se jkun hemm introduzzjoni għax-xogħol finali ta’ Charles Camilleri. Se jkun hemm ukoll sessjonijiet tal-mużika kontemporanja minn Joseph Vella kif ukoll minn kompożituri żgħażagħ, u se jipprovdu vetrina għall-mużika kontemporanja Maltija. Kollaborazzjoni lokali se tinkludi lekċerers mill-Iskola tal-Arti Performattiva tal-Università ta’ Malta.

Il-post ewlieni se jkun l-Istitut Kattoliku fil-Furjana. Se jkun b’xejn għall-membri tal-Malta Youth Orchestra, li se jiġu inkoraġġuti mhux biss biex jattendu, iżda wkoll biex jaġixxu bħala attendenti, u se jkunu kapaċi joħolqu l-kuntatti tagħhom stess mal-artisti li ġejjin. Se jkun hemm ukoll wirja li se tkun qed isseħħ matul il-Konferenza.

Din il-Konferenza hija appoġġjata mill-Fondazzjoni Valletta 2018.