It-Tfittxija għat-Teżor tal-Wirt taż-Żejtun (Żejtun Heritage Treasure Hunt), organizzata taħt is-superviżjoni tal-membri żgħażagħ ŻOEY, se tkun attività ta’ tagħlim divertenti għat-tfal u għaż-żgħażagħ. Din se tinkludi tfittxija għal fatti differenti li għandhom x’jaqsmu mal-kultura u l-istil tal-ħajja fost il-periferija taż-Żejtun. It-tfal se jkollhom siegħa biex ifittxu binjiet, postijiet u fatti fir-raħal taż-Żejtun (mill-Knisja ta’ San Girgor saż-żona tal-Knisja Parrokkjali) bil-mixi u billi jieħdu stessi mal-fatti/oġġetti misjuba, li se jagħmlu total ta’ 40 fatt differenti.

Iż-żgħażagħ jistgħu jużaw kwalunkwe mezz tat-trasport, mir-roti sal-karozzi, biex ifittxu fatti fil-periferija taż-Żejtun. Iż-żgħażagħ se jfittxu fatti rigward il-komunità agrikola li tgħix fil-periferija taż-Żejtun u l-wirt li jinsab fiż-żona bejn Marsaskala u Marsaxlokk, u żoni oħra fejn mhix faċli li tasal bil-mixi. Iż-żgħażagħ u t-tfal se jkollhom l-opportunità li jistaqsu lin-nies tat-triq biex ituhom informazzjoni rigward il-post li jkunu qed ifittxu, u b’hekk dan l-aspett se jiġġenera parteċipazzjoni vibranti fost iċ-ċittadini taż-Żejtin ukoll. Il-proġett joħloq sens ta’ ċittadinanza attiva fost ċittadini oħra li mhux se jipparteċipaw fl-attività. L-attività se tibda mill-Ġnien ta’ San Girgor (Ġnien l-Għannejja Żwieten) fejn il-parteċipanti kollha se jiġu pprovduti b’mappa tal-wirt taż-żona, pakkett mimli informazzjoni dwar l-istorja u l-kultura taż-Żejtun u b’basket ta’ sorpriżi.

Il-kompitu ewlieni tal-parteċipanti huwa li jtiffxu aspetti u oġġetti li jintwerew f’ritratti żgħar, u mbagħad fi grupp ta’ 4, parteċipanti jridu jfittxu dawn ir-ritratti u jieħdu stessu tal-grupp ma’ dak l-oġġett/aspett partikolari. Ir-rebbieħ jiġi determinat skont l-ogħla numru ta’ postijiet misjuba u l-ogħla numru ta’ punti miġbura.

L-attività se trawwem u tistimula l-għarfien fost il-ġenerazzjoni tat-tfal u ż-żgħażagħ dwar l-għeruq u l-identitajiet kulturali tagħhom. Huma se jitgħallmu, f’ambjent divertenti, dwar id-drawwiet kulturali tal-ġenerazzjoni tal-passat fl-eqdem lokalità tax-Xlokk ta’ Malta. Minbarra l-apprezzament tal-bini storiku, il-parteċipanti se jitgħallmu fatti dwar il-istil ta’ ħajja f’din iż-żona partikolari, minn djaletti sa leġġendi, mod tal-ħajja, ċelebrazzjonijiet u fatti dwar l-istorja. Is-sena l-oħra, fl-ewwel edizzjoni ta’ dan il-proġett, aktar minn 120 parteċipant ħadu sehem. Il-parteċipazzjoni hija bla ħlas.

Dan il-proġett huwa appoġġjat mill-Fondazzjoni Valletta 2018.