Il-Fondazzjoni Valetta 2018 issieħbet mal-kumpanija nazzjonali taż-żfin kontemporanju ŻfinMalta sabiex taħdem fuq l-inizjattiva JUMP. Dan il-proġett jistieden żgħażagħ ta’ bejn l-14 u d-19-il sena li minkejja li jħobbu ż-żfin ma ngħataw l-ebda taħriġ formali. Dawk interessati jieħdu sehem jingħataw l-opportunità jattendu sensiela ta’ workshops kreattivi. Ir-reġistrazzjoni ssir permezz ta’ applikazzjoni li għandha tintbagħat fuq [email protected] sal-21 ta’ Awwissu.

Dan il-proġett għandu l-għan li joħloq grupp ta’ żeffiena żgħażagħ li jiżfnu f’diversi postijiet f’Malta u f’Għawdex. Dawn l-adoloxxenti ser ikunu qed jiżfnu wkoll flimkien maż-żeffiena ta’ ŻfinMalta kemm matul it-tħejjijiet tal-2018 u kemm waqt iċ-ċelebrazzjonijiet infushom.

Għal iktar tagħrif żur is-sit elettroniku uffiċjali ta’ Żfin Malta.