L-identità hija logħba? Imħatra?
Ejja nilgħabu.

Każin Barokk huwa proġett ta’ Valletta 2018 li jittratta s-santi u l-midinba, il-Barokk u l-kontemporanju, il-konċessjonarji tal-fast food u l-kuluri tal-festi f’taħlita ta’ memorji u dinjiet, bil-passat u l-futur ikunu mera ta’ xulxin. Minn din it-taħlita ta’ immaġni u arias, jitwieled ‘pastiche Barokk’ ta’ identitajiet lokali u kontemporanji.

Bħala parti minn dan il-proġett, qed infasslu mudell, logħba, u nixtiequk tiġi tilgħab magħna, tgħidilna kif nistgħu nintegraw esperjenzi u identitajiet differenti fih, matul workshop intitolat ‘Performative Machines’.

Dan il-workshop miftuħ għal edukaturi, studenti, alumni u individwi oħra li huma involuti fl-oqsma tal-arti u d-disinn, iż-żvilupp tas-softwer, l-inġinerija mekkanika, u oqsma oħrajn simili/relatati.

 

Informazzjoni dwar il-Workshop

Dati: 18-21 ta’ Settembru 2017
Post: Design and Technology Learning Centre, Santa Venera (location)

Performative Machines’ huwa workshop ta’ erbat ijiem li għandu x’jaqsam mal-iżvilupp ta’ mekkaniżmi ġodda kkontrollati b’mod diġitali li se jagħmlu parti mill-prestazzjoni Kazin Barokk f’Settembru tal-2018. Il-workshop se jgħaqqad firxa wiesa’ ta’ dixxiplini li jinkludu l-arti viżiva, il-fabrikazzjoni diġitali, l-artiġjanat, l-arti performattiva u x-xjenza tal-kompjuter.

B’ispirazzjoni mill-mekkaniżmi tal-palk barokk, se jkunu qed nesploraw in-natura performattiva tal-magni. Il-parteċipanti se jkunu qed jaħdmu fi gruppi żgħar biex jiddisinjaw, jiżviluppaw u jittestjaw numru ta’ mekkaniżmi bl-użu ta’ tekniki tal-prototipi kemm diġitali kif ukoll analogu. Il-workshop se jinkoraġġixxi approċċ ħieles u jgħaqqad flimkien prattikanti differenti mill-oqsma tad-disinn u t-teknoloġija.

Id-dħul huwa b’xejn. Il-bibien jinfetħu fl-10am nhar it-Tnejn 18 ta’ Settembru, u l-parteċipanti huma mistiedna jingħaqdu kif jixtiequ. It-trasport jista’ jiġi pprovdut, skont il-parteċipazzjoni.

 

Skeda tal-Workshop

Jum 1: 18.09.2017

Introduzzjoni għall-proġett u l-ambitu
Dimostrazzjoni tal-għodda tal-fabrikazzjoni u t-teknoloġija disponibbli
Formazzjoni tal-gruppi (massimu ta’ 4 persuni)
Brainstorming/tpinġija/provi

Jum 2: 19.09.2017

Żvilupp tal-kunċett (bl-użu ta’ għodod tad-disinn diġitali u analogi)
Prototipar tal-mekkaniżmi (bl-użu ta’ laser-cutters, printers 3D, u għodda bl-idejn)
Żvilupp tas-softwer (bl-użu ta’ pjattaformi open-source)
Ittestjar u simulazzjoni fiżika

Jum 3: 20.09.2017

Żvilupp tal-kunċett (bl-użu ta’ għodod tad-disinn diġitali u analogi)
Prototipar tal-mekkaniżmi (bl-użu ta’ laser-cutters, printers 3D, u għodda bl-idejn)
Żvilupp tas-softwer (bl-użu ta’ pjattaformi open-source)
Ittestjar u simulazzjoni fiżika

Jum 4: 21.09.2017

Dokumentazzjoni (tpinġijiet, ritratti, vidjow)
Preżentazzjoni tal-gruppi

Kif tapplika

Jekk int interessat li tipparteċipa, jekk jogħġbok imla din il-formola, b’indikazzjoni tad-disponibbiltà tiegħek sa mhux aktar tard mill-14 ta’ Settembru 2017. Huwa rakkomandat li, filwaqt li l-parteċipanti jistgħu jingħaqdu magħna meta jkunu jistgħu, għandhom jagħmlu l-aħjar użu ta’ din l-opportunità unika.

Fil-każ li jkun hemm xi mistoqsijiet, ibgħat email fuq perform@valletta2018.org sa mhux aktar tard mill-14 ta’ Settembru 2017.