Il-Malta Fashion Week 2016 ser issir bejn l-14 u l-21 ta’ Mejju 2016. Dan l-avveniment ta’ skala nazzjonali jislet il-kultura dejjem tikber tal-moda f’pajjiżna bħala industrija kreattiva ewlenija – ċelebrazzjoni tal-moda lokali u internazzjonali fil-kalendarju kulturali.

Matul is-sebat ijiem tal-avveniment, il-Belt Valletta ser tlaqqa’ flimkien it-talent lokali mad-disinjaturi internazzjonali stabbiliti biex b’hekk tagħti sfond affaxxinanti għal dan l-avveniment prestiġjuż tal-moda. Il-Malta Fashion Awards tipprovdi spazju fejn l-individwi b’talent li jaħdmu f’din l-industrija f’pajjiżna jingħataw apprezzament xieraq.

Għal iżjed tagħrif żur is-sit elettroniku uffiċjali tal-Malta Fashion Week.