Il-Malta International Arts Festival 2017 (Edizzjoni Speċjali tal-Presidenza UE) joħloq taħlita mill-isbaħ ta’ kulturi u fużjonijiet artistiċi. Bi preparament għas-Sena tal-Kapitali Ewropea tal-Kultura 2018 tal-Belt Valletta, il-festival jenfasizza l-importanza tal-kollaborazzjoni artistika bejn ir-realtajiet kulturali u jaħdem biex isawwar sinerġiji.

L-edizzjoni ta’ din is-sena toħloq kultura b’saħħitha ta’ kummissjonar ta’ xogħol ġdid, b’mod partikolari xogħol interattiv u xogħol ta’ installazzjonijiet. Il-festival qed joħloq ukoll sejħiet u jipprovdi pjattaformi ġodda għal bosta forom tal-arti, filwaqt li jibni kultura għar-residenzi bil-għan li Malta ssir destinazzjoni fuq il-mappa kulturali dinjija.

L-arti Maltija u internazzjonali se tingħaqad flimkien, u b’hekk se jinħolqu riżultati eċitanti, filwaqt li jiġi kkultivat it-talent u tingħata pjattaforma lill-artisti żgħażagħ tagħna. Artisti ġodda u stabbiliti huma inkoraġġuti jegħlbu l-limitazzjonijiet permezz ta’ prestazzjonijiet u prattiki innovattivi, li jagħmlu lill-festival art fertili għall-ideat , kollaborazzjonijiet u possibbiltajiet b’enfasi fuq l-interdixxiplinarità.

Kull sena, il-festival jirsisti biex jarrikkixxi l-kalendarju kulturali permezz ta’ bosta avvenimenti, fosthom prestazzjonijiet mużikali virtwużi, installazzjonijiet viżivi, żfin u esponenti internazzjonali stabbiliti li jippreżentaw xogħolhom f’diversi postijiet fil-Belt Valletta u madwarhom.

Il- MIAF 2017 se jipprovdi numru ta’ attivitajiet u avvenimenti inkluż bandli interattivi, teatru li jivvjaġġa bosta rħula f’karozza tal-linja Maltija tradizzjonali, workshops tat-teatru, workshops tal-kompożizzjoni, sejħiet għal xogħlijiet tal-arti, taħlita ta’ żfin, ħoss u moviment miftuħa għall-parteċipazzjoni fil-livelli kollha, twapet viżwali maġiċi, u oħrajn. Dawn għandhom iwasslu l-arti lin-nies, u jippermettu interazzjoni bejn il-pubbliku u l-arti biex tinħoloq iktar arti.

Żur is-sit tal-the Malta International Arts Festival għal aktar dettalji.