Il-Malta Philharmonic Orchestra, flimkien ma’ Valletta 2018, Arts Council Malta u l-Ministeru għall-Ġustizzja, il-Kultura u l-Gvern Lokali, jippreżentaw dan l-avveniment speċjali ta’ kull sena, Mużika mill-Atlantiku, li jagħmel parti mill-Malta International Arts Festival. MPO jingħaqdu mal-Malta Youth Orchestra biex jippreżentaw prestazzjoni affaxxinanti li din is-sena se tkun taħt id-direzzjoni tal-konduttur rinomat, Peter Stark.

Il-Programm jinkludi:

Cuban Overture  George Gershwin

Harry Potter Suite – John Williams

Billy the Kid Ballet Suite – Aaron Copland

The Magnificent 7 – Elmer Bernstein

Star Wars – John Williams

 

L-attività se ssir fl-4 ta’ Lulju 2017 fid-9.00PM fi Pjazza San Ġorġ, il-Belt Valletta. Mhuwiex meħtieġ li tibbukkja!