Nhar il-Ġimgħa, 14 ta’ Lulju, il-Palk Ħieles se jaqsam il-fliegu u jsorġi ġewwa Żeppi’s Pub, il-Qala, Għawdex.  Għalhekk nistednukom biex bħas-soltu taqsmu magħna xi poeżija jew storja.  Xi skeċċ żgħir u mużika oriġinali daqstant ieħor merħba bihom.  Dak li ilu mħażżeż fuq karta wasallu l-waqt biex jixxerred.  Taf  tħoss qalbek tħabbat sitta sitta waqt li qed tagħmel dan, imma wara se tħossok aħjar.  Il-lingwa tagħna hija t-traduzzjoni u għalhekk aktar kemm ikollna ilsna u djaletti aktar nieħdu pjaċir.

Dan  il-Palk Ħieles se jagħti wkoll bidu għall-attivitajiet marbuta mal-Festival Mediterranju tal-Letteratura ta’ Malta u għalhekk din id-darba se jkollna żewġ mistiedna speċjali – Immanuel Mifsud u Mark Camilleri, li huma tnejn mill-erba’ awturi Maltin li se jkollna waqt il-festival ix-xahar id-dieħel.

 

Bħal dejjem id-dħul u l-parteċipazzjoni huma bla ħlas. Għal iktar informazzjoni iktbu lil [email protected] jew żuru l-paġna tal-attività fuq Facebook.