It-Teatru Manoel Youth Theatre (TMYT) qed jistieden atturi u kantanti għall-prova li ġejja.

DATA TAL-EWWEL PROVA: 24 ta’ Settembru

REKWIŻITI TAL-PROVA:

Persuni li se jagħmlu l-prova huma mitluba jippreparaw monologu bl-Ingliż u biċċa kant acapella. (NB: Il-provi kollha se jiġu reġistrati għal skopijiet ta’ għażla).

ĦIN TAS-SESSJONIJIET: Kull nhar ta’ Sibt mit-15:00 sas-18:00.

KONTENUT:

L-ewwel sessjoni se ssir nhar is-Sibt 7 ta’ Ottubru sa Diċembru – li twassal għal Showcase tat-TMYT li se ssir fit-tmiem il-ġimgħa tad-9 u l-10 ta’ Diċembru, immexxija minn Tony Edridge.

Is-sessjonijiet se jkomplu fl-ewwel ġimgħa ta’ Jannar, u se jaħdmu lejn il-produzzjoni ta’ HUSH, diretta minn Denise Mulholland, u li se ssir bejn l-Erbgħa 21 ta’ Marzu sat-Tlieta 27 ta’ Marzu.

Is-sessjonijiet se jkomplu fis-7 ta’ April sal-10 ta’ Mejju, u se jkunu mmexxija minn Tony Edridge u jiġu konklużi bi prestazzjoni li se ssir fis-Sajf tal-2018.

ELIĠIBBILTÀ:

It-TMYT se jkun miftuħ għal darba oħra għal persuni bbażati Malta tal-età bejn is-16 u l-25 sena (imwielda bejn l-1993 u l-2002). Il-membri li ngħaqdu mat-TMYT sa mhux iktar kmieni minn Jannar tal-2015 se jkunu eliġibbli iżda se jkunu mitluba jagħmlu l-provi mill-ġdid.

MIŻATA TAS-SĦUBIJA:

Il-membri huma meħtieġa jħallsu miżata ta’ €200 u jiffirmaw Kuntratt ta’ Impenn.

APPLIKAZZJONI: Biex titlob għal ħin għall-prova jew għal kwalunkwe mistoqsijiet oħrajn, ibgħat email fuq [email protected] sal-Ġimgħa 8 ta’ Settembru.