Stedina għall-parteċipazzjoni fi proġett kulturali eċitanti tal-Presidenza tal-UE f’Malta:

Sir Citizen Journalist u aħdem u għix fi Brussell għal ftit xhur minn Jannar sa Ġunju 2017.

Il-Presidenza Maltija qed tistieden lil nies li jgħixu f’Malta biex ikunu parti minn proġett tal-arti internazzjonali, tal-organizzazzjoni Awstrijaka Time’s Up, sabiex ikun hemm komunikazzjoni diretta bejn ċittadin u ieħor ma’ Ewropej oħrajn.

Qegħdin infittxu nies li huma lesti jitħaddtu ma’ oħrajn, iħarsu lejn ir-realtajiet tal-lum minn perspettivi differenti u jiżviluppaw futuri possibbli għall-Ewropa u l-UE.

Qegħdin infittxu nies li se jieħdu gost jikkomunikaw ma’ nies differenti ġewwa Brussell. L-intervisti se jiġu ddokumentati u mxandra, bħala parti minn żvilupp kontinwu ta’ Futuri Ewropej possibbli b’perspettiva unikament Maltija.

Kull Citizen Journalist (CJ) se jkun qed jgħix u jaħdem ġewwa Brussell ma’ żewġ jew tliet persuni oħra għal perjodu ta’ mill-inqas erba’ ġimgħat – u iktar jekk ikun possibbli (massimu ta’ ħames xhur) – bejn is-16 ta’ Jannar u s-7 ta’ Ġunju 2017.

Is-CJs se jidhru f’avvenimenti u f’postijiet varji filwaqt li jkunu involuti fi djalogu dirett ma’ ċittadini Ewropej.

Is-CJs se jieħdu sehem u jappoġġjaw diversi attivitajiet tal-Presidenza, l-iktar il-workshops Presents of the Future flimkien ma’ Time’s Up u l-imsieħba assoċjati tagħha.

Is-CJs se jingħataw taħriġ preliminarju kif ukoll informazzjoni dwar żviluppi speċifiċi li fuqhom ikunu jistgħu jibnu l-konverżazzjonijiet u recordings tagħhom ma’ u dwar iċ-ċittadini Ewropej.

Is-CJs għandhom ikunu ta’ età legali u se jirċievu ħlas mensili kif ukoll kumpens għall-għajxien u l-ivvjaġġar. Għandu jkollhom ħakma tajba tal-Ingliż ukoll.

Għal aktar dettalji jekk jogħġbok ikkuntattja lil:  [email protected] jew ċempel fuq +356 23397021

Għal aktar informazzjoni dwar ix-xogħol ta’ Time’s Up:  www.timesup.org

L-iskadenza tal-applikazzjoni: l-10 ta’ Novembru, 2016

Jekk jogħġbok ibgħat CV u nota qasira ta’ mhux iktar minn paġna fejn tispjega għaliex tixtieq tipparteċipa f’dan il-proġett.