L-applikazzjonijiet għar-Residenza Blitz 2017 issa huma miftuħa. L-iskadenza tagħlaq fil-31 ta’ Awwissu 2016.

Il-programm tar-Residenza Blitz jagħti lill-artisti l-opportunità li jgħixu u jaħdmu fil-Belt Valletta u li jiżviluppaw proġetti individwali filwaqt li jidħlu f’kuntatt u f’ħidma mal-patrimonju kulturali rikk tal-Belt. Blitz huwa spazju uniku fil-qalba tal-Belt kapitali li fl-2018 ser tkun il-Kapitali Ewropea tal-Kultura.

Il-linji gwida u l-formula tal-applikazzjoni jinsabu fis-sit elettroniku tar-Residenza Blitz.