Fl- 2018, il-Belt Valletta se jkollha t-titolu ta’ Kapitali Ewropea tal-Kultura. Il-KetK se tinkludi l-Gżejjer Maltin kollha, bil-għan li jinfirex l-impatt madwar it-territorju Malti kollu.

Il-Fondazzjoni Valletta 2018 hija responsabbli għall-implimentazzjoni tal-Programm Kulturali, li se jippermetti l-parteċipazzjoni  taċ-ċittadini ta’ Malta u tal-Ewropa u tifforma parti integrali u sostenibbli tal-iżvilupp soċjali, ekonomiku u kulturali fit-tul tal-Belt Valletta. Il-Fondazzjoni Valletta 2018 qed tfittex li tingaġġa s-servizzi ta’ Uffiċjal tal-Istampa li se jkun meħtieġ li jippjana u jorganizza avvenimenti tal-midja li se jseħħu qabel u matul l-2018, kif ukoll li jipprepara kwalunkwe materjal għal dawn l-avvenimenti tal-midja.

L-Uffiċjal tal-Istampa se jaħdem taħt il-gwida u s-superviżjoni tat-tim tal-Komunikazzjoni tal-Valletta 2018, iżda se jkun mistenni li jaħdem fuq inizjattiva proprja, flimkien ma’ timijiet oħra, b’ambizzjoni u inċentiva b’saħħitha. L-Uffiċjal tal-Istampa jirrapporta direttament lid-Direttur Eżekuttiv tal-Fundazzjoni fejn meħtieġ.

 

Id-dmirijiet ewlenin tal-Uffiċjal tal-Istampa huma:

  • L-organizzazzjoni tal-attivitajiet tal-midja, intervisti u konferenzi stampa li jippromwovu l-Programm Kulturali jew aspetti tagħhom
  • Li jkun  punt ta’ referenza bejn ġurnalisti lokali u barranin u d-Dipartiment tal-Komunikazzjoni tal-Valletta 2018
  • Il-preparazzjoni u l-kitba ta’ artikli u konferenzi stampa li jiffukaw fuq il-Programm Kulturali
  • Il-kollaborazzjoni mal-Amministraturi tal-Komunikazzjoni u l-Uffiċjal tal-Loġistika biex ikun żgurat li l-preparamenti kollha jitwettqu għal avvenimenti tal-midja bħal konferenzi stampa, żjarat tal-istampa, tnedijiet, wirjiet, inawgurazzjonijiet, eċċ.
  • Il-monitoraġġ tal-ġrajjiet kurrenti u kitbiet u s-segwitu dwar aħbarijiet u artikli
  • L-immaniġġjar ta’ mistoqsijiet minn ġurnalisti u kuntatti tal-midja oħrajn permezz ta’ telefonati, emails u korrespondenza miktuba
  • L-identifikazzjoni ta’ opportunitajiet tal-istampa bħal intervisti u artikli
  • L-organizzazzjoni u l-implimentazzjoni ta’ sistemi tal-akkreditazzjoni flimkien mad-Dipartimenti tal-Komunikazzjoni u tal-Ipprogrammar
  • L-iżvilupp ta’ skedi u programmi għal ġurnalisti internazzjonali ospitati minn Valletta 2018 matul attivitajiet speċjali
  • Assistenza fl-iżvilupp ulterjuri tal-Istrateġija tal-Komunikazzjoni Internazzjonali tal-Valletta 2018
  • Direzzjoni ta’ pakketti tal-istampa u pakketti ta’ merħba
  • Kwalunkwe dmirijiet oħra mogħtija minn żmien għal żmien mill-Fondazzjoni skont kif jista’ jkun meqjus meħtieġ.

Il-kandidat magħżul għandu, għall-perjodu li fih iwettaq dawn id-dmirijiet, ikollu responsabbiltà lejn il-Koordinatur tal-Komunikazzjoni, fejn se jkun stsabbilit.

Il-perjodu li fih l-applikant se jwettaq dmirijiet bħala Uffiċjal tal-Istampa se jkun minn Lulju tal-2017 sa Diċembru tal-2018.

Applikanti għandhom, sad-data ta’ skadenza tas-sottomissjoni tal-applikazzjoni, ikollhom fil-pussess tagħhom, jew ikunu ġew approvati għal:

 

Lawrja fil-komunikazzjoni jew dixxiplina simili/rilevanti jew kwalifika xierqa fil-ħin tal-applikazzjoni għall-kariga, rikonoxxuta mill-Kunsill Malti għall-Kwalifiki u minimu ta’ tliet snin esperjenza f’qasam relatat.

L-Uffiċjal tal-Istampa għandu jkollu l-kwalitajiet li ġejjin:

  • Ħiliet organizzattivi eċċellenti
  • Ħiliet tal-komunikazzjoni eċċellenti
  • Ħidma fuq inizjattiva proprja
  • Disponibbli u lest li jaħdem sigħat twal mingħajr superviżjoni diretta
  • Disponibbli għall-ħidma filgħaxijiet u fil-weekends biss meta meħtieġ
  • Ħidma taħt pressjoni u fil-ħin
  • Metikoluż u eżatt fix-xogħol
  • Ikollu immaġinazzjoni u sens viżwali tajjeb

Kuntratt u salarju

  • Din il-kariga hija kuntratt għal servizz fuq bażi definita.
  • Il-ħlas se jiġi negozjat skont l-esperjenza u l-kwalifiki.

Applikazzjonijiet

Applikanti interessati għandhom jibagħtu ittra ta’ applikazzjoni flimkien ma’ kopja tal-Curriculum Vitae tagħhom fuq communications@valletta2018.org sa mhux aktar tard mit-Tnejn 29 ta’ Mejju 2017, nofsinhar. Applikanti għandhom jispeċifikaw b’mod ċar li li qed japplikaw għall-kariga ta’ ‘Uffiċjal tal-Istampa’ fis-suġġett tal-email tagħhom.