Tixtieq tħossok Pulċinell kultant?  Ingħaqad magħna għal weekend ta’ divertiment u taħriġ fi buffunaġni u l-klawning. Il-workshop se jitmexxa minn Vivian Gladwell li huwa l-fundtatur tal-kumpanija Ingliża Nose to Nose. Huwa wkoll membru fundatur tal-grupp soċjali tal-klawns Fool View, u ilu jħarreġ il-klawns madwar id-dinja mill-1988.

Il-workshop huwa miftuħ għal kulħadd u d-dħul huwa b’xejn, iżda l-postijiet huma limitati.

Biex tapplika, jekk jogħġbok uża l-formola tal-applikazzjoni li tinsab f’din il-ħolqa.

Dati: 14 ta’ -15 ta’ Ottubru 2017
Ħin: 09:00-19:00
Post: Istitut Kattoliku, Furjana
Għeluq ta’ l-applikazzjoni: 13 ta’ Ottubru 2017, nofsinhar

Lingwa: minħabba in-nazzjonalità tal-għalliem, il-workshop se jkun bl-Ingliż u għarfien bażiku tal-lingwa jkun ta’ għajnuna.
Partiċipanti: In-numru ta’ parteċipanti huwa limitat u d-deċizzjonijiet tal-bord ikun finali.

Għal aktar tagħrif tista’ tikkuntattjana fuq [email protected].