Sejħa għal Artisti minn Malta fi Wrocław! / #ThinkUrban

Valletta 2018 u l-Programm Artisti f’Residenza AIR Wro qed iħabbru b’mod konġunt sejħa miftuħa għal artist minn Malta. Il-Programm Artisti f’Residenza Air Wro huwa programm li żviluppa mill-wirt tal-Kapitali Ewropea tal-Kultura Wrocław 2016. L-għan prinċipali tiegħu huwa li jappoġġja u jippromwovi attivitajiet ta’ individwi li jirrappreżentaw bosta oqsma tal-arti u l-kultura jew li huma attivi f’żoni tal-fruntieri bejniethom, interessati li jikooperaw ma’ rappreżentanti ta’ komunitajiet u ambjenti lokali kif ukoll ħerqana li jibnu relazzjonijiet kulturali internazzjonali.

Qed infittxu artist, kuratur, animatur, attivist jew riċerkatur minn Malta li huwa interessat fl-identità urbana kontemporanja u l-kultura u r-rwol tal-arti għall-ħolqien tagħhom, biex jipparteċia f’residenza fi Wrocław f’Ottubru tal-2017. Ir-resident se jiġi mistieden biex jaħdem fiż-żona ta’ waħda mill-iktar btieħi magħrufa fi Wrocław, li tinsab fil-qalba tal-belt. Il-bitħa Ruska 46 kienet u għadha qed tiġi ddisinjata mill-ġdid biex jinħoloq spazju miftuħ għal kull tip ta’ inizjattivi kulturali, speċjalment dawk marbuta max-xena indipendenti u l-arti sperimentali fl-ispazji pubbliċi. Il-bitħa hija wkoll ċentru vividu għal bosta organizzazzjonijiet u istituzzjonijiet attivi fil-kultura u fl-arti, kif ukoll fir-rigward ta’ kwistjonijiet soċjali, bħal minoritajiet u drittijiet tan-nisa.

Ruska 46 fl-istess waqt tinsab fl-hekk imsejjaħ ‘Distrett tal-Erba’ Denominazzjonijiet’ (‘Distrett tal-Erba’ Tempji’ jew ‘Distrett tar-Rispett Reċiproku’), li jista’ jkun eżempju tal-medjazzjoni interkulturali fil-prattika. Mhuwiex distrett urban bħal tas-soltu, iżda żona fejn il-Knisja Ortodossa tan-Nattività ta’ Theotokos, il-Knisja Kattolika Rumana ta’ Sant’Antnin ta’ Padova, is-Sinagoga White Stork u l-Knisja Evanġelika tal-Providenza Divina jinsabu ħdejn xulxin. Fl-2005 dawn it-tempji ġew marbuta mar-‘rotta kulturali’ tal-belt, u ż-żona ta’ bejniethom ġiet inkluża fi pjan tal-iżvilupp urban. Id-‘distrett’ huwa wkoll meqjus bħala monument storiku. Il-kuntest ta’ dan l-ispazju pubbliku uniku se jkun valur miżjud għall-idea ewlenija tal-attivitajiet tar-resident.

 

Applikazzjonijiet għandhom jinkludu CVportafoll (iż-żewġ dokumenti għandhom jippreżentaw l-edikazzjoni, l-esperjenza u l-prattika tal-applikant kif ukoll jinkludu dikjarazzjoni u l-aħħar xogħlijiet tal-artist) u ittra ta’ akkumpanjament (od-dokument għandu jikkummenta fuq l-intenzjoni u l-ideat tal-applikant kif ukoll jippreżenta l-proġett). Dawn id-dokumenti għandhom ikunu ppreparati wkoll bl-Ingliż.

L-applikazzjoni u d-dokumentazzjoni għandhom jintbagħtu fuq l-indirizz elettroniku li ġej: [email protected]

 

Data ta’ skadenza għall-applikazzjoni hija t-Tnejn 24 ta’ Lulju 2017. Ir-riżultati se jiġu ppubblikati l-Ġimgħa 4 ta’ Awwissu 2017.

 

Informazzjoni ġenerali:

L-organizzaturi tar-residenza se jipprovdu:

  • trasport sa €300 (Malta-Wrocław-Malta)
  • tariffa sa €1200 gross
  • akkomodazzjoni
  • komunikazzjoni, promozzjoni u appoġġ tal-produzzjoni

 

Kapitali Ewropea tal-Kultura  Valletta 2018

Kuntatt: mailto:[email protected]

Websajt: www.valletta2018.org

Midja soċjali: www.facebook.com/Valletta2018 | www.instagram.com/valletta2018 | www.twitter.com/valletta2018

 

 

Programm Artist f’Residenza AIR Wro

Kuntatt: [email protected]

Websajt: www.airwro.wroclaw2016.pl

Midja soċjali: www.facebook.com/airwro | www.instagram.com/air_wro | www.twitter.com/air_wro