Kariga

Uffiċjal għall-Amministrazzjoni tal-Ipprogrammarż

Perjodu tal-Kuntratt

Jannar 2017-Marzu 2019

 

Deskrizzjoni tal-Impjieg

Fl-2018 il-Belt Valletta ser ikollha t-titlu ta’ Kapitali Ewropea tal-Kultura. Il-KEK ser tinkludi lill-Gżejjer Maltin kollha bil-għan li tferrex l-impatti mat-territorju Malti kollu.

Il-Fondazzjoni Valletta 2018 hija responsabbli mill-implimentazzjoni tal-Programm Kulturali li għandu jippermetti l-parteċipazzjoni taċ-ċittadini ta’ Malta u tal-Ewropa u li ftul medda ta’ snin ser jagħmel parti integrali u sostenibbli tal-iżvilupp soċjali, ekonomiku u kulturali tal-Belt Valletta. Il-Fondazzjoni qiegħed tfittex is-servizzi ta’ Uffiċjal għall-Amministrazzjoni tal-Ipprogrammar sabiex jaħdem mill-qrib mat-tim tad-Diriġenza Artistika bejn Jannar 2017 u tmiem Marzu 2019.

L-Uffiċjal għall-Amministrazzjoni tal-Ipprogrammar ser ikun responsabbli mill-kompiti li ġejjin:

  • Jagħti għajnuna lit-Tim tal-Ipprogrammar fil-qadi tal-funzjonijiet tagħhom, b’mod partikulari f’dawk marbuta mal-amministrazzjoni u l-ġestjoni tad-dokumentazzjoni baġitarja
  • L-organizzazzjoni u s-segwitu tal-laqgħat kif ikun meħtieġ
  • Jagħti għajnuna fi kwistjonijiet ta’ amministrazzjoni ġenerali, inkluża l-ġestjoni tal-iskedi
  • Il-ġestjoni u l-aġġornar tad-dokumentazzjoni elettronika jew tal-karta li tkun marbuta b’mod dirett mat-Tim tal-Ipprogrammar
  • Il-ġestjoni ta’ talbiet għal komunikazzjoni mat-Tim tal-Ipprogrammar u jittratta kif ikun meħtieġ il-komunikazzjonijiet, inkluż bil-monitoraġġ tas-sejħiet bit-telefon, tal-mistoqsijiet u tar-rikjesti
  • L-użu xieraq u l-manutenzjoni ta’ tagħmir u materjal
  • Il-ġbir u l-organizzar ta’ informazzjoni marbuta mal-assikurazzjoni, mal-kontabbiltà u mal-proċedura
  • Il-ġbir u s-segwitu ta’ kuntratti u ftehmiet oħra
  • Il-kollaborazzjoni ma’ bosta partijiet interessati u ma’ diversi organizzazzjonijiet esterni kif ikun meħtieġ
  • L-attendenza ta’ kumitati u laqgħat skont kif jitlob ir-rwol tiegħu
  • It-teħid ta’ minuti tal-laqgħat li jkun attenda u mexxa u kwalunkwe għamla ta’ rapportar iżjed tard
  • Il-kitba ta’ rapporti u t-tħejjija ta’ preżentazzjonijiet kif ikun meħtieġ
  • L-arranġamenti ta’ vjaġġar u akkomodazzjoni kif ikun meħtieġ
  • Ir-rapportar, meta mitlub, għand id-Direttur Eżekuttiv u/jew iċ-Ċerman tal-Fondazzjoni
  • Iż-żamma ta’ attenzjoni spejċali fuq il-ġestjoni tal-baġits, tal-fluss tal-kapital, tal-projezzjonijiet finanzjarji b’kollaborazzjoni mat-Tim tal-Kontabbiltà

 

L-Uffiċjal għall-Amministrazzjoni tal-Ipprogrammar għandu jkollu dan il-livell ta’ esperjenza u kwalifiki:

  • Ħiliet eċċellenti fil-komunikazzjoni verbali u miktuba
  • Ħiliet eċċellenti fl-informatika, b’mod partikulari fl-Excel
  • Ħila li jikkomunika tajjeb bl-Ingliż, bil-Malti u idealment b’lingwa Ewropea oħra
  • Tal-inqas tliet snin esperjenza ta’ xogħol f’uffiċċju f’ritmu bieżel
  • Tal-inqas edukazzjoni ekwivalenti għall-Livell 5 tal-Qafas Ewropew tal-Kwalifiki
  • Fehim u apprezzament tal-arti u tal-qasam artistiku
  • Liċenzja tas-Sewqan u mezz ta’ trasport personali
  • Sens tajjeb ta’ finanza u ħiliet sodi fil-kontabbiltà bażika

 

L-Uffiċjal għall-Amministrazzjoni tal-Ipprogrammar għandu jkollu dawn il-kwalitajiet

  • Ħiliet eċċellenti fl-organizzazzjoni;
  • Inizjattiva proprja fix-xogħol
  • Disponibbiltà u rieda li jaħdem sigħat twal mingħajr superviżjoni diretta
  • Disponibiltà li jaħdem filgħaxijiet u fi tmiem il-ġimgħa
  • Flessibbiltà fid-disponibiltà professjonali f’każ ta’ preavviż fi żmien qasir
  • Ħila li jaħdem taħt pressjoni


Kuntratt

Din il-kariga tikkonsisti f’kuntratt ta’ kuntratt ta’ servizz fuq bażi definita.

Is-salarju negozzjabbli skont l-esperjenza u l-kwalifiki tal-kandidat.

Skadenza

Dawk interessati japplikaw għandhom jibagħtu Curriculum Vitae dettaljata fuq [email protected] sa mhux iżjed tard minn nhar l-Erbgħa 21 ta’ Diċembru 2016.