Wasal is-Sajf – u miegħu ż-żmien tal-baħar u d-divertiment. Din is-sena s-Sunscape Festival ser jerġa’ joffri esperjenza mużikali pjaċevoli u illuminanti. Barra l-mużika, il-programm imżewwaq tal-Festival ser jinkludi wkoll varjetà ta’ attivitajiet ibbażati fuq il-kreattività, l-istil tal-ħajja u l-prestazzjoni.

L-artisti mużikali ewlenin għal din is-sena jinkludu: Congo Natty Feat Congo Dubz, Stanton Warriors, Maxxi Soundsystem, Braincell Live, Unknown Reality, Solar Spectrum, The Flying Mars, Kris Kylven u ħafna oħrajn. L-ispeċjalisti lokali tal-ġeneru dub Bass Culture Crew ser idoqqu wkoll fil-festival f’xi ħinijiet is-Sibt u l-Ħadd matul il-jum kollu.

L-aspett artistiku tal-Festival jinkludi pjattaforma li tippermetti lill-artisti lokali u barranin u lid-disinjaturi u l-arkitetti juru x-xogħol tagħhom. L-aspett li jittratta l-istil tal-ħajja ser jiżvolġi fi tliet inħawi: iż-żona tat-trasformazzjoni fejn ser isiru workshops, taħditiet u sessjonijiet ta’ meditazzjoni, iż-żona ħolistika li ser tkun iddedikata lit-terapiji u t-trattamenti, u ż-żona tal-bajja li ser tinkludi attivitajiet tal-baħar bħal stallazzjonijiet artistiċi, bini ta’ kastelli bir-ramel, arti performattiva u sport tal-baħar u tal-ilma.

Il-Festival ser joffri laqgħa maġika li ser tiċċelebra l-mużika kontemporanja u eżerċizzju ferrieħi fl-arti tal-ħajja u tal-ħolqien tal-esperjenza personali. Stenna avveniment mużikali mħallat ma’ attivitajiet ta’ espressjoni personali, prestazzjoni u ta’ stil ta’ ħajja. It-tliet ijiem tal-Festival ser ikunu tmiem il-ġimgħa ta’ tgawdija taħt ix-xemx u l-istilel flimkien ma’ diversi artisti lokali u internazzjonali, ftit metri bogħod mill-baħar fuq gżira Mediterranja mill-isbaħ.

Kollox ma’ kollox stenna mument lil hinn mill-ħin – uqat ta’ ħelsien, verità, imħabba u sbuħija li tibqa’ ġġorr miegħek għal dejjem.

Is-Sunscape Festival ser isir fil-bajja tar-Ramla, Għawdex, bejn it-22 u l-24 ta’ Lulju. Għal iktar tagħrif żur is-sit elettroniku tal-Festival. Dan l-avveniment igawdi l-apppoġġ tal-Fondazzjoni Valletta 2018.