F’dan il-programm teżisti qrubija kreattiva lejn prestazzjoni miż-żgħażagħ. F’The Box jitpoġġew ħames oġġetti quddiem studenti tal-età bejn it-13 u l-14-il sena, waqt li jkunu mħeġġa biex jippjanaw prestazzjoni li tkun ispirata. Il-proġett jgħin lill-istudenti jinvolvu ruħhom f’żewġ oqsma: l-ewwel billi jsir użu minn workshops li jiggwidaw studenti tas-sekondarja u tas-sixth form permezz ta’ avviċinamenti mhux stabbiliti lejn prestazzjoni u aspetti oħra tal-produzzjoni teatrali.

It-tieni punt huwa edizzjoni speċjali tal-proġett żviluppat apposta fl-okkażjoni tal-Kapitali Ewropea tal-Kultura, fejn grupp magħżul ta’ adulti żgħażagħ se jingħaqdu ma’ għalliema internazzjonali biex joħolqu prestazzjoni ppjanata għal tfal bit-tema ‘Stejjer ta’ Gżira’. Il-prestazzjoni finali tkun ippreżentata lil udjenza lokali b’kollaborazzjoni ma’ ŻiguŻajg, filwaqt li l-esperjenza imprezzabbli li tkun inkisbet mill-parteċipanti sservi għal workshops li jkunu se jsiru ’l quddiem għall-istudenti.