F’din ir-raba’ edizzjoni tiegħu, dan il-programm intensiv mifrux fuq ġimgħa jistieden diversi prattikanti u studenti minn diversi oqsma relatati, bħall-belle arti, l-edukazzjoni artistika, l-amministrazzjoni artistika, il-kuratorja u l-istorja tal-arti biex jieħdu sehem f’taħditiet u f’workshops mogħtija minn kelliema esperti internazzjonali.

L-edizzjoni 2017 ser titmexxa b’mudell interattiv billi tinkorpora l-workshops flimkien ma’ approċċ parteċipattiv fi programm ta’ taħditiet.