Dan il-proġett komunitarju, li qed jiġi organizzat mill-Gozo Performance Group huwa bbażat fuq il-PAX barra l-Basilika ta’ San Franġisk f’Assisi, l-Italja, fejn pellegrini joffru talb ta’ paċi bl-użu ta’ ġebel Għawdxi bħala ‘talb’. Il-‘Paċi’ se tkun it-tema għal installazzjonijiet, prestazzjoni u esibizzjoni li se jkunu parti minn dan il-proġett.

Dan il-proġett se jdum mis-27 ta’ Awwissu 2018 sas-26 ta’ Ottubru 2018.

L-installazzjoni u l-armar tal-installazzjoni nnifisha se jkunu akkumpanjati b’kant tal-paċi u jiġu ffaċilitati minn persuni li se jinvolvu l-parteċipazzjoni tal-udjenza u juru kif wieħed jista’ jżid lejn il-P A X, b’ħasil tal-ġebel ‘purifikat’ tal-ilma tal-bużbież ta’ Għawdex.

L-attivitajiet se jsiru fil-ġranet li ġejjin:

  1. Installazzjoni—27 ta’ Awwissu quddiem il-parroċċa ta’ San Lawrenz

B’ġurnata ta’ tqegħid ritwalistiku tal-ġebel li jibqgħu fil-post madwar ħamest ijiem. Se jkun hemm grupp ta’ ġebel għall-pubbliku ġenerali u għat-turisti fiż-żona, biex jikkontribwixxu għat-talba tal-paċi.

  1. Installazzjoni ikbar u Prestazzjoni Pubblika—14 ta’ Settembru; Marsalforn (’l isfel minn Triq Santa Marija, kantuniera minn Gabbiano’s Restaurant).
  2. Ġebel tal-Paċi ta’ GħawdexEsibizzjoni minn 5-26 ta’ Ottubru (Sentinella Hall, Ċittadella) li turi l-iżvilupp tal-proġett, ritratti, ġurnali, żvilupp tal-kostumi. Xogħol tal-arti minn Artisti Għawdxin li kkollaboraw.

Dan il-proġett għandu l-mira li jagħti vuċi u direzzjoni lill-komunità, għal espressjoni permezz ta’ talb personali għall-paċi. Dan għandu l-ħsieb li jħalli memorja dejjiema tal-Gżira ta’ Għawdex stampata fl-esperjenza tat-turisti ta’ Għawdex bħala Gżira tal-Paċi.

Għal aktar informazzjoni jekk jogħġbok ikkuntattja lil Helene G Markstein: [email protected].

Dan il-proġett huwa appoġġjat mill-Fondazzjoni Valletta 2018.