“Aħna l-Kumpanija Nazzjonali tat-Teatru ta’ Malta, imwaqqfa fl-2017. Malta u Għawdex kollha huma l-palk prinċipali tagħna. Aħna nixtiequ noħolqu teatru rivoluzzjonarju għal udjenzi differenti nazzjonali u internazzjonali.”

Bħala xhieda ta’ din id-dikjarazzjon, Teatru Malta qed jorganizzaw TOUR TEATRU TAZZA TE. Żjarat fix-xahar f’teatri f’kull reġjun. Tista’ tagħżel jew li tmur magħhom biex tagħmel it-tour tat-teatru jew tmur tiltaqa’ magħhom biex titkellem dwar it-teatru.

It-tours u ż-żjarat se jsiru fuq medda ta’ ħames xhur fil-ġranet li ġejjin:

  • Reġjun Nofsinhar – 22 ta’ April
  • Reġjun Xlokk – 27th ta’ Mejju
  • Reġjun Tramuntana – 17 ta’ June
  • Reġjun Għawdex – 8 ta’ Lulju
  • Reġjun Ċentrali – 29 ta’ Lulju

Għall-programm sħiħ u għal-lista sħiħa tat-teatri idħol hawn jew żur www.teatrumalta.org.mt

Jew biex tingħaqad mat-tour, irreġistra d-dettalji tiegħek f’din il-ħolqa jew fuq www.artscouncilmalta.org

It-trasport se jiġi pprovdut lil dawk li jattendu t-tour kollu.

Għal aktar informazzjoni jekk jogħġbok ikkuntattja [email protected] jew [email protected]