Unity in Music Diversity huwa festival tal-mużika tad-DJs li jħaddan bosta ġeneri, b’diversi DJs idoqqu settijiet tagħhom f’post wieħed. Il-kunċett wara dan it-tlaqqigħ huwa li jippreżenta, taħt l-istess saqaf, il-ħsejjes u r-ritmi differenti li skjeraw tant diversità fil-mużika dance. Il-festival se jittella’ fi Sky Club, Paceville, fil-25 ta’ Marzu 2018 mill-10pm ‘il quddiem u se jinkludi lil Marco Grosso (Italja) bħala mistieden speċjali.

L-udjenza ser titħeġġeġ tesplora l-istili differenti, timraħ, titnikker – jew aħjar – tiżfen mal-istili differenti li ser jinsġu soundtrack ritmiku għal dan l-avveniment. Il-festival ser juri wkoll diversi teknoloġiji marbuta ma’ ġeneri mużikali differenti, u b’hekk joħloq pjattaforma biex it-talent il-ġdid ikun jista’ jvara stili innovattivi u jilħaq udjenzi lokali.

Il-festival huwa organizzat minn Joven Grech bl-appoġġ tal-Fondazzjoni Valletta 2018.#

29136128_1795264073827458_7244541951660923393_n