Il-Valletta Film Festival huwa l-avveniment annwali tal-films f’Malta. Dan il-Festival jiġi mtella’ minn Film Grain Foundation, organizzazzjoni mingħajr skop ta’ qligħ magħmula minn professjonisti u prattikanti tal-films, u minn intraprendituri kulturali.

It-tielet edizzjoni tal-festival se tkun qed issir minn nhar il-Ġimgħa 16 ta’ Ġunju sa nhar il-Ħadd 25 ta’ Ġunju 2017, u se tittella’ f’bosta lokalitajiet madwar il-Belt Valletta inkluż il-Pjazza San Ġorġ, l-Embassy Cinemas, il-Kavallieri ta’ San Ġakbu, Pjazza Teatru Rjal u l-Forti Sant’ Iermu.

Għal aktar informazzjoni żur is-sit tal-Valletta Film Festival.