ŻiguŻajg huwa festival internazzjonali tal-arti li jsir kull sena mmirat għat-tfal u ż-żgħażagħ fejn l-arti kreattiva tkun fil-qalba tal-pajsaġġ kulturali Malti. Dan il-festival jesebixxi prestazzjonijiet professjonali tal-ogħla kwalità f’dixxiplini varji biex jinħoloq programm li jkun taħlita attraenti ta’ xogħol ġdid armonizzat u produzzjonijiet internazzjonali magħrufa.

Dan il-festival inklussiv u mill-aktar aċċessibbli, ħafna drabi jservi tal-ewwel esperjenza għat-tfal fi prestazzjoni diretta; bis-sehem tal-pubblikuu dak ta’ entitajiet privati li jaħdmu fl-oqsma tal-arti u l-kultura. L-edizzjoni 2018 se tkun waħda speċjali, b’numru t’aktar avventimenti u inizjattivi li jilħqu ’l Malta u ’l Għawdex.