Madwar 85,000 ruħ inġabru fil-Belt kapitali biex jilqgħu is-Sena l-Ġdida matul iċ-ċelebrazzjonijiet nazzjonali li saru fi Pjazza San Ġorġ ilbieraħ filgħaxija.

L-attività tal-bieraħ filgħaxija, organizzata mill-Fondazzjoni Valletta 2018, kienet tinkludi lil Ember Trio, Ozzy Lino, Gianluca Bezzina u Brass House Unit, fost l-oħrajn.

L-attività kienet organizzata minn Valletta 2018 b’kollaborazzjoni mal-Ministeru għall-Ġustizzja, il-Kultura u l-Gvern Lokali, il-Ministeru għat-Turiżmu, l-Awtorità tat-Turiżmu u l-Kunsill Lokali tal-Belt Valletta, flimkien ma’ G7 Events.