Il-Fondazzjoni Valletta 2018 tilqa’ b’sodisfazzjon kbir l-aħbar tad-Deputat Prim Ministru Louis Grech li €30 miljun ġew allokati għal xogħolijiet ta’ riġenerazzjoni fin-naħa t’isfel tal-Belt Valletta u l-Port ta’ Marsamxett biex ikompli x-xogħol ta’ tisbieħ fil-Belt Kapitali. Dawn ix-xogħolijiet se jkomplu jsaħħu l-infrastruttura bħala parti mill-preparazzjonijiet għas-sena tal-Kapitali Ewropea tal-Kultura.