L-artista Deema Shahin se tvara l-wirja ‘Home is Where Mom is’ dwar ħolm u ambizzjonijiet l-ommijiet il-Ġimgħa s-7 t’April fil-Ministeru t’Għawdex fil-11am. Il-wirja hija organizzata mill-Fondazzjoni Valletta 2018 b’kollaborazzjoni mal-Ministeru t’Għawdex u tagħlaq fit-28 t’April.

Ta’ spiss l-ommijiet ikollhom jiċċaħdu mill-ħolm u l-aspirazzjonijiet biex jieħdu ħsieb familthom. Permezz ta’ ritratti u vidjo l-artista se tirrakkonta l-istejjer li ġabret u żviluppat waqt ir-residenza tagħha s-sena l-oħra fl-Għarb fejn iltaqgħat ma’ diversi membri tal-komunità.

Għall-artista, il-figura tal-omm mhix marbuta man-nisa biss.L-irġiel ukoll jistgħu jieħdu l-forma tal-omm jekk juru mħabba u jieħdu ħsieb lil familthom, lil sħabhom u lill-komunità tagħhom.

Waqt ir-residenza l-artista qed mexxiet sessjonijiet mal-istudenti tas-Sixth Form Sir M. A. Refalo li ffukaw fuq is-suġġett tal-ħolm u kif dawn jistgħu jiġu addattati f’ritratti.

Il-proġett ta’ Shahin dar diversi pajjiżi fil-passat fosthom Barċellona fi Spanja fl-2015 u Fayoum fl-Eġittu.

Ir-residenza ta’ Deema Shahin hi parti mill-programm tal-Artist-in-Residence li hu organizzat minn Valletta 2018 u Spazju Kreattiv li hu parti mill-proġett Europe Grand Central bi sħab mar-Roberto Cimetta Fund.