The Valletta 2018 Foundation will be spicing up Notte Bianca with a series of innovative projects being held across Valletta, from the Porte des Bombes in Floriana to Castille Place, where l-Ikla t-Tajba will be held, and Casino Maltese – the venue for Band on the Run performances.

Il-Fondazzjoni Valletta 2018 ser tkun qed tħawwar Notte Bianca b’serje ta’ proġetti innovattivi madwar il-Belt, minn Bieb il-Bombi fil-Furjana sa Misraħ Kastilja, fejn ser tkun qed tittella’ l-Ikla t-Tajba, għall-Każin Malti – li se jkun qed jintuża mill-mużiċisti ta’ Band on the Run.

Waqt li indirizza konferenza stampa ħdejn Bieb il-Bombi, iċ-Ċermen tal-Fondazzjoni Valletta 2018 Jason Micallef qal: “Ix-xogħol fuq l-installazzjoni kontemporanja mill-kumpanija ta’ Periti Chris Briffa Architects wasal lejn tmiemu u jista jitgawda mill-pubbliku waqt Notte Bianca”.

Għall-ewwel darba fi snin, se jkun hemm aċċess għal fuq Bieb il-Bombi fil-Furjana fejn DJ se jkun qed idoqq mużika live. Dan is-sit huwa parti mill-Floriana Lines li servew bħala difiża fuq barra tal-Belt Valletta.

L-aħħar fażi tal-Ikla t-Tajba, proġett li ppermetta lil 20 persuna, fosthom żgħażagħ u adulti, biex jitgħallmu dwar l-arti tal-ikel Malti, se tkun qed iseħħ f’Misraħ Kastilja. Bl-għajnuna ta’ tim ta’ koki professjonali, l-parteċipanti ser ikunu qed jaqsmu t-talenti tagħhom mal-pubbliku billi jservu tmien ikliet bl-użu ta’ prodotti staġjonali Maltin fosthom lampuki, majjal, fenek, ġbejna, rummien, patata, pitravi, bigilla, tadam, tonn, għasel u għeneb.

Band on the Run, li tgħaqqad 70 mużiċist minn baned madwar Malta u Għawdex, ser tkun qed itella’ programmi qosra fil-Każin Malti, kull siegħa bejn is-7.30pm u l-10.30pm. Band on the Run huwa proġett konġunt bejn il-Fondazzjoni Valletta 2018 u l-Għaqda Każini tal-Banda.

Il-bitħa tal-Palazz ser tkun qed tieħu l-ħajja b’reċti minn tlett gruppi teatrali lokali li kienu spirati mil-proġett tal-Fondazzjoni Valletta 2018 Qatt ma Ninsa. Dan il-proġett, li jesplora il-memorja kollettiva, seħħ f’Ġunju fil-Mużew Marittimu l-Birgu.

Barra l-Palazz, fi Pjazza San Ġorġ, wieħed jista’ jesperjenza AMaze2 – kubu kbir fejn ix-xjenza u l- arti jiltaqgħu. AMaze2 huwa l-link bejn Science in the City, li seħħ fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet, u Notte Bianca. Numru ta’ esebiti interattivi se jispjegaw fenomeni xjentifiċi differenti bħat-temp, il-Big Bang, il-forzi li jiggvernaw l-Univers, il-ġisem uman u l-enerġija rinovabbli.