Maren Richter, il-kuratur tal-wirja ewlenija tal-Arti Viżiva tal-Programm Kulturali tal-Valletta 2018, se tkun qed titkellem f’“Harbour for Cultures”, Forum li se jiddiskuti l-funzjonijiet storiċi tal-attivitajiet tal-port imwettqa għall-interessi ekonomiċi; li se jseħħ fil- Biennale 2017 nhar il-Ġimgħa, 12 ta’ Mejju 2017, 2.00PM fil-UNESCO Regional Bureau for Science and Culture in Europe, Venezja.

Din id-diskussjoni tagħti bidu għal proġett itwal u iktar orjentat fuq il-proġett, iffukat fuq id-dimensjonijiet soċjali u kulturali ta’ dawn il-kwistjonijiet, bil-għan li tinħoloq immaġni ta’ “port ġdid” fejn in-nies jistgħu liberament jagħmlu skambju tal-kulturi tagħhom, filwaqt li jiżguraw il-valuri ewlenintagħhom, sabiex il-profitt il-ġdid (benefiċċji tal-arti u l-kultura) jiġi ggwadanjat mill-mases.