Il-Fondazzjoni Valletta 2018 irċeviet u laqgħet ir-riżenja tas-Sur Sean Buhagiar minn Deputat Direttur Artistiku. Ir-raġunijiet għal din ir-riżenja, kif inhu diġa pubblikament magħruf, huma marbuta ma’ produzzjoni privata ta’ kumpanija li Buhagiar u s-Sur Mario Philip Azzopardi għandhom sehem fiha.
Il-Fondazzjoni tiddikjara, kif tenna diġa Buhagiar, li r-riżenja m’għandha xejn x’taqsam max-xogħol li Buhagiar kien ikkuntratat li jagħmel mal-Fondazzjoni Valletta 2018.
Hija tassew sfortuna li tilwima bejn Azzopardi u Buhagiar waslet għal din ir-riżenja. Il-Fondazzjoni tirringrazzja lis-Sur Buhagiar u tibqa disposta li taħdem miegħu fil-futur.