Din il-produzzjoni kontemporanja maħsuba tilħaq udjenzi ġodda matul Valletta 2018 u Leeuwarden-Fryslân 2018, bi spettakli fil-Belt Valletta u l-pajsaġġ Olandiż fejn hija bbażata l-kumpanija. F’konformità mal-ispirtu ta’ bini tal-kapaċità ta’ Valletta 2018, il-grupp prestiġjuż Opera Spanga qed joffri wkoll lil studenti mill-MCAST (Malta) u D’Drive (Leeuwarden) opportunitajiet fid-disinn tal-kostumi – taħt il-gwida kreattiva tad-disinjaturi rinomati Charles&Ron – kif ukoll fl-oqsma tad-disinn tal-produzzjoni u l-produzzjoni tal-films. L-Orkestra Filarmonika ta’ Malta se tkun is-sieħeb mużikali għal dawn l-ispettakli eċċitanti.