Barra dan, kull waħda mit-tmien bandliet ser iġorr strument differenti ħalli l-istruttura kollha taħdem bħal banda mużikali li tingħata l-ħajja permezz tal-parteċipazzjoni interattiva tal-pubbliku. Jekk jitbandlu żewġ persuni jkollna dwett; jekk erba’ kwartett… sal-massimu ta’ grupp ta’ tmien mużiċisti.

Il-proġett BANDLI huwa kollaborazzjoni bejn il-Festival Internazzjonali tal-Arti u s-sensiela ta’ kunċerti Modern Music Days organizzata mit-Teatru Manoel u l-Assoċjazzjoni tal-Mużika Kontemporanja ta’ Malta li jagħmlu parti mill-Programm Kulturali tal-Fondazzjoni Valletta 2018 bħala parti mit-tħejjijiet għas-sena tal-Kapitali Ewropea tal-Kultura.