Is-sena l-oħra, il-projezzjoni rrakkontat l-istorja ta’ seba’ nani li jipproċessaw l-ittri tat-tfal u jipproduċu l-ġugarelli fil-ħanut tax-xogħol ta’ Santa Klaws. Lejliet il-Milied, meta esperiment xjentifiku jmur ħażin, jisplodi kollox hekk kif il-kimiċi li kienet qed tuża Clara, waħda min-nani, irreaġixxew flimkien b’mod vjolenti. Fost il-ġenn li nqala’, il-ġugarelli kollha ħadu l-ħajja u l-istorja tieħu xeħta interessanti u eċitanti.

Sentejn ilu, dawn il-preżentazzjonijiet kienu jieħdu sitt minuti u kienu jirriinterpretaw il-parti tan-nofs tal-faċċata tal-Palazz tal-Gran Mastru, billi tidher daqs li kieku qed titkisser u terġa tinbena b’mod spettakolari. Il-faċċata tal-Palazz kien ittrasformat ukoll hekk kif intuża bħala kanvas għal xeni differenti fuq tema tal-Milied, bin-nani jimmanifatturaw il-ġugarelli fil-ħanut tax-xogħol ta’ Santa u li, imbagħad, Santa Klaws iwassal dawn ir-rigali fuq luzzu Malti li jinġarr b’ħuta kbira.