Jinsabu miftuħa r-reġistrazzjonijiet għall-edizzjoni tal-2018 intitolata Social Practices in Curating and Contemporary Art sat-30 ta’ Ġunju 2018.

L-Iskola Kuratorjali hija maħsuba għall-prattikanti u għall-istudenti tal-oqsma varjati relatati mal-belle arti, l-edukazzjoni tal-arti, l-amministrazzjoni tal-arti, il-kurazija u l-istorja tal-arti. Il-programm joffri lill-parteċipanti serje ta’ lekċers u workshops u se jkunu jistgħu wkoll jippreżentaw l-ideat kuratorjali tagħhom jew ix-xogħol artistiku tagħhom stess u jirċievu rispons mill-kelliema mistiedna. Dan il-programm kuratorjali intensiv ta’ ġimgħa jinkludi kelliema internazzjonali mistiedna minn bosta istituzzjonjiet.

L-edizzjoni li għaddiet, Researching Curatorial Practices, staqsiet: Liem tip ta’ riċerka jimpenjaw ruħhom fiha l-kuraturi tal-arti kontemporanja?

It-tema tat-tielet edizzjoni tal-Curatorial School kienet Curating the Newli ffokat fuq it-tifsira tal-‘ġdid’ fl-arti kontemporanja u fil-prattiki kuratorjali.