FRAGMENTA Malta, li hija mmexxija minn by Bettina Hutschek, tikkonsisti f’sensiela ta’ esebizzjonijiet pop-up f’diversi spazji publiċi u semi-pubbliċi fil-gżejjer Maltin. Kull esebizzjoni ddum sa massimu ta’ 24 siegħa u toffri lill-pubbliku ġenerali u lil dawk li jinzertaw għaddejjin l-opportunità li jidħlu f’kuntatt mal-arti u ma’ diversi kwistjonijiet relevanti u kumplessi ta’ żmienna.