Ġewwa Barra joħloq spazju kreattiv ta’ laqgħa bejn mikrokomunitajiet u d-“dinja ta’ barra”: viżitaturi, turisti u artisti fost l-oħrajn. Is-sena 2018 hija opportunità għal kulħadd biex japprezzaw in-nisġa soċjali multidimensjonali tal-belt kapitali flimkien mar-residenti biex jappoġġjaw bidliet li jirrispettaw il-kumplessità kulturali u r-rikkezza tal-ħajja fil-Belt Valletta.