Ġaladarba din ser tkun l-għaxar edizzjoni ta’ Għanafest, l-organizzaturi ser jiċċelebraw dan l-anniversarju kif jixraq. L-edizzjoni ta’ din is-sena se tkun ftit differenti mill-edizzjonijiet ta’ qabel, u se tinkludi katina ta’ attivitajiet li se jsiru f’postijiet differenti, speċifikament festival ta’ jumejn fiż-Żejtun, fl-Imnarja fil-Buskett u xi attivitajiet oħra f’Marsaxlokk u Birżebbuġa. L-għannejja lokali tagħna ser ikunu magħna matul il-festival u se jippreżentaw l-għamliet differenti kollha tal-kanzunetta folkloristika Maltija.

Il-festival ser jinkludi wkoll prodotti lokali, suq tal-artiġanat u żona għat-tfal li żgur ilkoll ser joffru ħarġa speċjali għall-familja kollha.

Għanafest ser isir bejn it-23 u d-29 ta’ Ġunju.

Ritratt: Brian Smith