Ibbażati f’Lyon, Franza, il-fondaturi tal-Chatha Dance Company qed iħallu l-marka tagħhom fuq ix-xena koreografika internazzjonali b’xogħlijiet li jitkellmu dwar politika, poeżija u r-Rebbiegħa Għarbija fuq sfond Ewropew usa’. Valletta 2018 se tara lil dawn it-tnejn jaħdmu mill-qrib ma’ studenti, gradwati u alumni tad-Dipartiment taż-Żfin fi ħdan l-iskola tal-arti performattiva fl-Università ta’ Malta. Din il-kooperazzjoni se tagħti lil żeffiena emerġenti l-ispazju sabiex jiżviluppaw il-ħiliet tagħhom u l-libertà direzzjonali sabiex jegħlbu limitazzjonijiet. Din il-prestazzjoni mhijiex biss dwar iż-żfin, iżda dwar il-vjaġġ emozzjonali li jinfiltra miż-żeffiena u jasal għand l-udjenzi.