Minn dak iż-żmien, il-Festival inkluda artisti bħal Mahan Esfahani, Philippe Herreweghe, Jordi Savall, Iestyn Davies u Christophe Rousset. Il-festival ħoloq ukoll il-Valletta International Baroque Ensemble (VIBE) bil-għan li jkun hemm grupp mużikali lokali mħarreġ professjonalment li jdoqq b’mod informat storikament il-mużika ‘Maltija’ arkivjati li ġiet komposta minn residenti u mużiċisti Taljani għall-Ordni ta’ San Ġwann u l-Knisja.

Il-pjanijiet għall-Festival Internazzjonali tal-Barokk tal-Belt Valletta mhumiex biss fit-tul iżda huma wkoll ambizzjużi. Sar kull sforz biex jiġu żgurati wħud mill-aqwa esponenti kontemporanji tal-Barokk, kemm mill-isfera internazzjonali kif ukoll lokalment.

Il-kalibru għoli tal-programm għandu jagħti lill-Festival l-istatus internazzjonali li jistħoqqlu u jestendi l-mappa tal-Barokk Ewropew lejn Malta.

Għal aktar informazzjoni dwar l-edizzjoni tal-2018 inkluż il-Programm, segwi din il-ħolqa, jew żur il-websajt tal-Festival Internazzjonali tal-Barokk tal-Belt Valletta.