Dawn ir-residenzi huma bbażati fuq il-kuntest ta’ kultura lokali li qiegħda dejjem tikber bis-saħħa tal-preparamenti għat-titlu ta’ Kapitali Ewropea tal-Kultura li ser tingħata l-Belt Valletta. Ir-residenza nfisha ser tkun imdawra mill-qrib minn komunità bbażata fil-gżira rurali ta’ Għawdex, il-gżira oħt Malta. Ir-residenzi huma bbażati fuq kunċett li jesiġi l-immersjoni fil-kultura tal-gżira – bil-pajsaġġi, l-ibħra u l-ħsejjes tagħha – u fl-istħarriġ kontemporanju tad-diversità kulturali li ssawwarha. Għad li ser ikunu jistgħu jsiru kuntatti ma’ Malta u mal-kapitali tagħha, l-artisti residenti għandhom ifittxu li jikkollaboraw kemm jista’ jkun mal-komunitajiet lokali.

Għall-proġetti ppjanati bejn Settembru 2016 u Lulju 2017 ir-residenzi jdumu bejn ġimgħatejn u tliet ġimgħat. Is-sejħa għall-proposti tinsab hawnhekk.