Il-Festival Internazzjonali tal-Arti jappoġġja l-aqwa arti li toffri x-xena lokali billi jagħti lill-artisti Maltin – kemm dawk stabbiliti u kemm dawk emerġenti – pjattaforma dinamika biex jesponu l-arti tagħhom u biex jiddjalogaw ma’ udjenzi usa’. Jospita wkoll bosta artisti barranin stabbiliti f’diversi postijiet fil-Belt u fl-inħawi ta’ madwarha.

Ta’ kull sena l-Festival jistinka kemm jista’ biex jarrikkixxi l-kalendarju kulturali lokali b’bosta avvenimenti li m’għandhomx jintilfu. Dawn ivarjaw minn kunċerti ta’ mużiċisti virtwużi sa drammi ta’ Shakespeare u minn installazzjonijiet viżivi brillanti sa żfin li jħallik bla nifs.

Bil-pożizzjoni unika tagħna f’nofs il-Baħar Mediterran, nistgħu naġixxu bħala pont artistiku bejn l-Ewropa u l-kosta Afrikana. Ninsabu wkoll eżatt fin-nofs bejn il-Lvant u l-Punent, u aħna verament xortina tajba li aħna gżira mimlija bl-istorja – storja li nistgħu nħarsu lura lejha, nirreaġixxu għaliha, inkunu insiprati minnha u nużaw bħala kanvas. Dan jipprovdina b’tapizzerija inkredibbilment diversa, rikka u kkulurita biex naħdmu fuqha, u biex noħolqu xi ħaġa ġdida; b’hekk nikkreaw fużjoni ta’ kulturi differenti, bl-użu tal-wirt tagħna, iżda fl-istess ħin inħarsu wkoll lil hinn.

 

Għal iktar tagħrif żur is-sit elettroniku tal-Festival Internazzjonali tal-Arti jew il-paġna tal-attività tagħna.