Dan huwa sewwasew dak li l-MWMF jiċċelebra: il-ġmiel tad-diversità kulturali, l-iskambju u d-djalogu tal-għeruq tal-persuni u l-vitalità li jirriżultaw minn esperjenzi bħal dawn u li mbagħad isibu l-espressjoni tagħhom bil-mezz tant qawwi tal-mużika.

Il-Malta World Music Festival dejjem ifittex li jespandi l-identità tiegħu bħala festival imtella’ fil-qalba tal-ibħra sbieħ tagħna li jdaħħalna f’kuntatt mal-pajjiżi ġirien u ma’ dawk lil hinn minnhom.

Il-festival ser isir bejn id-19 u l-20 ta’ Mejju.

Ritratt: Flickr Creative Commons, https://flic.kr/p/61Kmng